Investigazzjoni estensiva f’negozju f’Bormla, Barber Shop, wasslet lid-Dwana biex tikkonfiska aktar minn 4,000 flixkun ta’ xorb mhux alkoħoliku minn garaxx fis-Swatar.
Fil-garaxx, li inizjalment kien qed jintuża bħala maħżen mis-sid ta’ the Barber Shop, fejn instab li kien hemm 4,134 flixkun ta’ xorb mhux alkoħoliku li ġew importati Malta mingħajr ma tħalllset it-taxxa.
Mill-investigazzjoni nstab li sid in-negozzju ma kellux il-permessi meħtieġa biex jimporta u jbigħ ta’ dawn il-prodotti.