23 spezzjoni li saret mid-Dwana f’diversi ħwienet fil-Gżira, f’Ħal Qormi, f’San Ġiljan, f’Tas-Sliema, fil-Belt u f’Raħal Ġdid wasslu għal konfiskat ta’ diversi oġġetti.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet ġew ikkonfiskati 3,580 sigarett tal-kuntrabandu, 14-il kilo tabakk tax-xixa, 272 flixkun tax-xorb alkoħoliku fosthom whisky, gin, rum fost oħrajn, 1,230 flixkun tax-xorb mhux alkoħoliku, 2,393 baskett tal-plastik u total ta’ 725 bolol tad-dazju mhux użati.
Fi stqarrija d-Dipartiment tad-Dwana nkoraġġizza lill-operaturi kollha kif ukoll stabbilimenti li jimpurtaw jew ibigħu oġġetti li fuqhom irid jitħallas id-dazju, biex jassiguraw li n-negozju jsir kif sippost hekk kif mhux se jkun hemm ebda tolleranza għal min ma jħallasx id-dazju jew min jagħmel użu ħażin mill-bolol tad-dazju.