317-il kilogramma ta’ fdalijiet interni tal-majjal ġew ikkonfiskati mid-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja wara spezzjoni li saret f’razzett tal-majjali u t-tiġieġ fir-Rabat.
Fi stqarrija ntqal li lbieraħ hemm hekk saret sejba ta’ kontenituri b’diversi fdalijiet mill-intern tal-majjali kif ukoll ġlud ta’ ruminanti żgħar.
Waqt it-tfittxijiet li saru fuq il-post, instabu kontenituri oħra mimlijin bil-biċċiet ta’ karkassi ta’ majjal iffriżati.
Huwa mifhum li allegatament kien hemm ksur ta’ diversi liġijiet fosthom dawk relatati mal-qtil tal-annimali u trattament xieraq u ħarsien tal-istess annimali.