Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar li żewġ turisti Ċiniżi rriżultaw pożitiv għall-coronavirus.
Il-Prim Ministru ħabbar li ser ikun qed iwaqqaf b’mod immedjat titjiriet bejn l-Italja u ċ-Ċina.
Dan ftit ħin wara li madwar 6,000 persuna u elf membru tal-ekwipaġġ fuq cruiseliner weħlu fuq dan il-vapur minħabba li kien hemm mara ċiniża b’suspett li kellha dan il-virus.
Dan ukoll ftit sigħat biss wara li l-għaqda dinjija tas-saħħa għadha kif iddikjarat il-Coronavirus bħala emerġenza dinjija.
In-numru tal-mejta riżultat ta’ dan il-virus qattiel tela’ għal 213. b’aktar minn 10,000. Ġie kkonfermat ukoll li r-reġjuni kollha fiċ-Ċina huma milquta bil-virus. L-imxija ta’ dan il-virus beda minn Wuhan iżda issa qed jinfirex madwar id-dinja.