Għadu kemm tħabbar li ġew ikkonfermati l-ewwel żewġ każijiet ta’ coronavirus fir-Renju Unit.
Il-vittmi huma membri fl-istess familja.
Dan ftit sigħat biss wara li l-għaqda dinjija tas-saħħa għadha kif iddikjarat il-Coronavirus bħala emerġenza dinjija.
In-numru tal-mejta riżultat ta’ dan il-virus qattiel tela’ għal 213 hekk kif ġie kkonfermat li r-reġjuni kollha fiċ-Ċina huma milquta bil-virus. L-imxija ta’ dan il-virus beda minn Wuhan iżda issa qed jinfirex madwar id-dinja.
Ritratt: The Telegraph