Il-Qorti tal-Appelli Kriminali kkonfermat is-sentenza ta’ għomor il-ħabs għall-immigrant Fodie Keita mill-Mali.
Is-sena li għaddiet, ir-raġel ta’ 41 sena nstab ħati ta’ qtil li wettaq fis-sitta ta’ Ġunju 2010, fejn qrib iċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far qatel lil immigrant ieħor bl-isem Adame Diabate ta’ tletin sena billi tah għadd ta’ daqqiet ta’ sikkina, u fl-aħħar faqalu rasu b’ġebla.
Eventwalment ħeba l-ġisem bla ħajja u ħadlu t-telefon ċellulari. Jidher li l-inkwiet bejn l-aggressur u l-vittma kien minħabba xi xogħol. Hekk kif is-sentenza ta’ għomor il-ħabs ġiet ikkonfermata, iridu jgħaddu tletin sena biex Keita jkun jista’ japplika għall-parole.