Il-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti, irrifjutat żewġ appelli minn Nizar el Gadi li kien weħel sentenza ta’ għomru l-ħabs wara li nstab ħati li qatel lill-eks mara tiegħu, l-Avukat Margaret Mifsud.
Mifsud kienet instabet mejta fil-karozza tagħha f’Baħar iċ-Ċagħaq fl-2012 wara li kienet għada kif waslet minn ikla mal-kollegi tagħha.
Fl-2016 El Gadi weħel ukoll 3 snin oħra ħabs talli kien sawwat lill-Avukat f’każ qabel u ta’ dan appella s-sentenza.
L-Imħallef Grixti saħaq kif is-sentenza kienet skont il-parametri tal-liġi u għalhekk ċaħad it-talba.