Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza ta’ għomor il-ħabs għal David Norbert Schembri, ir-raġel ta’ 41 sena minn Tas-Sliema li kien ixxokkja lill-pajjiż meta 13-il sena ilu qatel lill-eks mara tiegħu b’xejn inqas minn 49 daqqa ta’ sikkina.Il-Qorti tal-Appell qalet li biex is-sentenza tiegħu tkun riveduta, jista’ japplika quddiem il-Bord tal-Parole 17-il sena oħra, meta jkunu għaddew 25 sena minn meta ngħatatlu s-sentenza.
Il-każ seħħ fl-2004 meta r-raġel kien mar fl-appartament tal-eks mara tiegħu, Josette Scicluna, u qatilha kiesaħ u biered quddiem binthom ta’ seba’ snin.
Huwa kien instab ħati ħames snin wara, b’verdett ta’ tmienja kontra wieħed.