Ġiet ikkonfermata l-piena ta’ għomor il-Ħabs għal Lawrence Abina, ta’ 32 sena, mill-Ghana li nstab ħati b’vot unanimu li qatel lil Rita Ellul ta’ 49 sena u omm ta’ tlieta, f’appartament f’Għajnsielem, Għawdex, fi Frar tal-2022.
Mill-awtopsja kien irriżulta li hi mietet fgata.
L-akkużat kien wieġeb mhux ħati, iżda l-Prosekuzzjoni kienet qalet fil-Qorti kif hu kien ammetta fi tliet okkażjonijiet differenti li qatel lill-mara.
Meta ingħatat is-sentenza, id-disa’ ġurati damu madwar erba’ sigħat biex jiddelibraw id-deċiżjoni tagħhom fil-ġuri.
Abina kien appella din is-sentenza madankollu l-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Edwina Grima u Giovanni Grixti ċadulu l-appell.