Ġiet ikkonfermata s-sentenza ta’ 40 sena ħabs mill-Qorti fil-konfront ta’ Jesper Kristiansen.
Kristiansen huwa t-tielet raġel li kien mixli bil-qtil doppju f’Tas-Sliema, f’Awwissu ta’ erba’ snin ilu, bil-vittmi tiegħu kienu Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski.
Kristiansen se jkun qed jiskonta piena ta’ 40 sena ħabs wara li ammetta li kien involut fl-istess omiċidju, ftit tal-jiem ilu. Dan hekk kif intlaħaq qbil bejn id-difiża u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jammetti b’piena ta’ erbgħin sena ħabs minflok jgħaddi ġuri.
Malli dan il-patteġġjament jiġi fformalizzat, Kristiansen ikun jista’ jixhed kontra l-akkużati l-oħra b’rabta ma’ dan l-omiċidju li huma Daniel Muka u Viktor Dragomanski.