Il-Qorti tal-Appell ċaħdet it-talba ta’ Ronnie Azzopardi magħruf bħala s-Sufu u kkonfermat is-sentenza ta’ 20 sena ħabs li ngħatatlu lura fl-2011; dan wara li nstab ħati ta’ attentat ta’ qtil tal-ġar tiegħu Jonathan Spiteri fl-2003.
L-aġir tal-imputat ikkawza ġrieħi fuq spallejn Jonathan Spiteri li ntlaqat b’tir ta’ arma tan-nar u rnexxielu jiżgiċċa milli jintlaqat minn tir ieħor- dan hekk kif malli seħħ il-każ, daħal minnufih ġol karozza tiegħu u beda jsuq sa’ ma tilef il-kontrol tal-vettura u baqa dieħel ġo ħajt.
Il-Qorti ma laqgħetx l-appell għall-fatt li ma kien hemm ebda lok għal tnaqqis fil-piena u fl-istess waqt, l-aġir tal-imputat evidentament wera li ma tantx jagħti importanza l-valur tal-ħajja.