Żagħżugħ ta’ 19-il sena kien immultat €100 wara li kien mixli li f’jum minnhom f’Settembru ta’ sena ilu, għall-ħabta tal-kwarta ta’ filgħodu, saq vettura b’mod traskurat u perikoluż, fil-Park & Ride ta’ Pembroke.
F’Lulju li għadda l-Qorti tal-Maġistrati sabitu ħati u mmultatu €100, skwalifikatlu l-liċenzja għal tliet xhur u naqqsitlu tliet punti fuq il-liċenzja tas-sewqan.
Iż-żagħżugħ appella fejn baqa’ jinsisti li mhux vera kien qed itellaq ma’ sħabu u li fil-karozza għandu sistema mdaħħla mill-kumpanija tal-assikurazjoni tiegħu li tnaqqaslu l-punti jekk jaqbeż it-80 kilometru fis-siegħa.
Hija rrimarkat li ż-żewġ pulizija li marru fuq il-post wara rapport ta’ tlielaq fil-Park & Ride semgħu it-tliet karozzi għaddejin u raw numru ta’ persuni jtellqu bil-karozzi.