Il-qarrejja tar-rivista Sport Diver ivvotaw għall-aħjar destinazzjoni għall-għadis minn madwar id-dinja. Il-Gżejjer Maltin ġew fit-tielet post bħala “l-aqwa desitnazzjoni tal-għadis” waqt l-iSport Diver Awards ta’ din is-sena.
Dan it-titlu prestiġjuż iqiegħed il-Gżejjer Maltin bħala l-aktar destinazzjoni popolari għall-għadis fil-Mediterran, skont kif ivvutaw eluf ta’ qarrejja ta’ Sport Diver.
Dan l-avvenimant li tant kien antiċipat seħħ riċentament f’Mużew Nazzjonali f’Birmingham. L-Isport Diver Awards jirrikonoxxu l-aqwa ta’ din l-industrija, kemm minn att ta’ destinazzjonijiet tal-għadis kif ukoll lill-għalliema individwali u kumpaniji.
Il-premju għall-aqwa destinazzjoni tal-għadis kellha lista tajba fejn kull l-aqwa destinazzjonijiet kienu ras imb ras, b’Maldives ġiet l-ewwel post u warajha l-Eġittu.
Kisbiet oħra tul il-lejl jinkludu lil Alan Whitehead minn Divewise Malta, li ħa t-titlu ta’ “L-aqwa għalliem tal-PADI” fil-waqt li Maltaqua ġiet kkwalifikata bħala ‘runner-up’ għall-“Aqwa Ċentru tal-Għadis”.
Fid-diskors tiegħu l-Maniġer tal-MTA M.I.C.E tar-Renju Unit u tal-Irlanda qal li “Ninsabu ferm kuntenti li ġejna rikonoxxuti fost l-aqwa destinazzjonijiet għall-għadis ta’ din is-sena. Ninsabu motivate biex inkomplu naħsdmu flimkien biex niżguraw li Malta, Għawdex u Kemmuna jkomplu jattrattaw aktar persuni minn madwar id-dinja.”
Fil-kumment tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-MTA qal li “is-suq tar-Renju Unit huwa wieħed ferm importanti għall-Gżejjer Maltin u minkejja li pajjiżi oħra qed jiksbu s-sehem tagħhom fis-suq, xorta se jibqa’ wieħed minn tal-ewwel sors fis-suq. Huwa minħabba f’hekk li li se nkomplu nippromwovu lill-Gżejjer Maltin fir-Renju Unit. Fil-fatt bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena, kien hem żieda ta’ 6.2% f’wasliet meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. , dan ifisser żieda ta’ 21,500 persuna.”
Bugeja temm jgħid li l-industrija tal-għadis hi waħda ferm importanti fis-suq, u għalekk jinsabu kburin ħafna b’din il-kisba.