Ir-rikors tal-Prosekuzzjoni biex Jordan Azzopardi, l-‘El Chapo’ jerġa’ jiġi arrestat ma ntlaqax biex b’hekk ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni tal-Qorti li tagħti l-libertà proviżorja lill-akkużat.
Jordan Azzopardi mixli bi traffikar tad-droga huwa implikat ma’ ċirku kbir tad-droga u fl-aħħar jiem ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €150,000 u garanzija minn persuna oħra ta’ €50,000.