L-istatistika finali dwar il-finanzi tal-Gvern għas-sena li għaddiet mhux biss ikkonfermat li fl-2016 pajjiżna rreġistra surplus, iżda wriet ukoll li dan is-surplus kien ta’ €101 miljun. Dan kien l-ewwel surplus rreġistrat Malta wara 35 sena.
U r-riżultat jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kien hemm fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti meta pajjiżna rreġistra defiċit ta’ €261 miljun. Skont l-istatistika tal-NSO intlaħqet ukoll il-mira importanti li d-dejn jinżel taħt is-60% tal-Prodott Domestiku Gross, tant li kien irreġistrat dejn ta’ 58.3% tal-Prodott Domestiku Gross.