L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Standard and Poor’s Global Ratings ikkonfermat mill-ġdid ir-rating ta’ A- bi prospetti stabbli għall- pajjiżna.
F’rapport maħruġ fil-jiem li għaddew, l-aġenzija ta’ kreditu indipendenti u magħrufa li ma tħares lejn wiċċ ħadd sostniet li mingħajr l-għajnuna tal-Gvern fl-aħħar sena tal-pandemija l-ekonomija lokali kienet tispiċċa tisfronda u għadd ta’ negozji kienu jfallu.
“We think that, without this comprehensive fiscal response, the Maltese GDP would have fallen considerably lower, unemployment would have surged faster and higher, and solvent businesses would have been forced to liquidate. All of this would have eroded the economy’s productive base, perhaps permanently. Minimizing the economic disruption will support the rebound, in our view.”
L-esperti ta’ Standard and Poor’s komplew mal-previżjonijiet ta’ aġenziji ta’ kreditu oħrajn li rrimarkaw kif Malta se tkun minn tal-ewwel li tirkupra minn wara l-pandemija.
Fil-fatt l-esperti sostnew li l-prodott domestiku gross f’Malta se jibda jirkupra parzjalment fl-2021 b’4.5% u ser jitla’ għal 5.5% fl-2022.
“Institutional and economic profile: We expect Malta’s real GDP will partially recover in 2021, rising by 4.5% before accelerating to 5.5% growth in 2022.”
Filwaqt li l-miżuri ekonomiċi li ħa l-Gvern huma fattur importanti wara dan l-irkupru, l-esperti barranin isemmu wkoll il-fatt li r-rata ta’ tilqim tal-vaċċin ta’pajjiżna kontra l-Covid-19.
L-esperti tal-aġenzija wkoll ifaħħru r-riformi kbar li għamel il-Gvern biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt u jtejjeb l-istituzzjonijiet f’pajjiżna.
Fil-fatt, isostnu li l-awtoritajiet Maltin saħħew b’mod sinifikanti l-livell ta’ superviżjoni u li dan kien progress tajjeb fuq l-aħħar snin.
F’dan ir-rigward innotaw, fost l-oħrajn, kif l-FIAU u l-MFSA żiedu ħafna r-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom, kif ukoll qalu li sar avvanz fil-kapaċitajiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet.
L-esperti ta’ din l-aġenzija magħrufa li ma tħares lejn wiċċ ħadd meta tanalizza l-andament ekonomiku f’pajjiż, semmew ukoll il-qasma fl-irwoli bejn l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat, filwaqt li faħħru l-proċess ġdid ta’ għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija, liema proċess skont dawn l-esperti ġie ttrasformat u fetaħ il-proċess tal-għażla għal skrutinju akbar.
“Both the FIAU and MFSA have increased their budgets and investments in human resources and information technology solutions, adopted strategies to improve data gathering and risk-assessment tools, and strengthened their coordination. The investigation and prosecution of crimes was separated under two distinct authorities, and the government has transformed the way Malta’s Commissioner of Police is chosen, opening the selection process to greater scrutiny, and giving Parliament the final say.”