It-Tnejn filgħaxija d-Dipartiment tas-Saħħa kkonferma r-raba’ każ tal-Corona Virus f’Malta. Dan ir-raba’ pazjent affetwat huwa barrani li fil-jiem li għaddew żar t-Tramuntana tal-Italja.
Bħat-tliet każijiet l-oħra dan il-pazjent jinsab fi stat ta’ saħħa tajba.
Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa appella għall-kalma u responsabiltà hekk kif m’hemm l-ebda lok għall-allarm jew paniku.