Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Iżrael, Israel Katz, ikkonferma li aktar kmieni suldati Iżraeljani qatlu lill-Mexxej tal-Hamas, Yahya Sinwar.
Hu ddeskrivieh bħala l-moħħ wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet li eskalaw għall-gwerra fil-Lvant Nofsani. Katz stqarr li dan huwa tragward importanti għall-forzi Iżraeljani.
B’reazzjoni għal din l-aħbar id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, Antonio Tajani stqarr li jispera li issa bil-mewt ta’ Sinwar ikun jista’ jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet għall-waqfien mill-ġlied.