Waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Malta Football Association li saret ilbieraħ ġiet ikkonfermat il-liċenzja tal-UEFA mogħtija lill-Floriana F.C.
Valletta F.C. u Gżira United F.C. kitbu lill-istess assoċjazzjoni sabiex tinvestiga possibilment irregolaritajiet fil-liċenzja mogħtija lill-istess Floriana F.C. iżda skont il-Bord tal-Liċenzji tal-stess MFA ma’ kien hemm ebda problemi fil-liċenzja maħruġa.
Floriana F.C. b’hekk ser ikun it-tim malti li jilgħab fil-fażi preliminari tal-UEFA Champions League f’nofs Awwissu.