Il-Malta Pool Association għada kif żammet it-34 laqgħa ġenerali mit-twaqqif tal-assoċjazzjoni. F’ din il-laqgħa ġie elett kumitat eżekuttiv għal dawn it-tlett snin li gejjin. L-uffiċjali tal-assoċjazzjoni ġew kollha konfermati fejn Carmel Cilia baqa’ jokkupa l-kariga ta’ President, Charles Peresso żamm il-kariga ta’ Viċi President filwaqt li Pasquale Sciberras żamm is-siġġu ta’ teżorier. Għal darba oħra Vincent Degiorgio ser jokkupa l-kariga ta’ segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni, kariga li ilu jħaddan għal dawn l-aħħr 34 sena. Il-membri l-oħra fl-eżekuttiv li ġew eletti huma Brian Grech, Lothar Mallia, Noel Cassar, Mario Spiteri u għal ewwel darba ġie elett Vince Saliba.
L-assoċjazzjoni ħabbret il-kalendarju għal dan l-istaġun li ser ikollu l-bidu tiegħu fil-21 ta’ Awissu b’ sensiela ta’ ranking tournaments.