Natasha Bugeja ta’ 20 sena u Ismael Magro ta’ 19-il sena mill-Birgu kellhom il-libertà proviżorja li ngħataw ġimgħa ilu kkonfermata wara li l-Qorti ma laqgħetx l-appell tal-Avukat Ġenerali sabiex dan jiġi revokat peress li l-vittma kienet għada ma xehditx.
Huma kienu tressqu l-Qorti mixlija li flimkien ma’ Tyson Bugeja allegatament ivvandalizzaw il-karozza tal-eks tfajla ta’ Bugeja.