Folla kbira nġabret fl-ajruport ta’ Tehran biex tilqa’ lill-climber Iranjana li kkompetiet b’xagħra mikxuf f’kompetizzjoni fil-Korea t’Isfel,. Hija qed tissejjaħ “eroj”.
The crowd cheers as Elnaz Rekabi, a female climber who competed without a hijab in Seoul and was later censured and forced into an apology by Iranian authorities, arrives at Tehran's Imam Khomeini Airport in the early hours of the morning.#مهسا_امینیpic.twitter.com/KoiEOzhrGh
— Shayan Sardarizadeh (@Shayan86) October 19, 2022
Elnaz Rekabi, ta’ 33 sena, kisret il-kodiċi stretti tal-ilbies fl-Iran – iżda aktar tard qalet li l-hijab tagħha waqat ‘involontarjament’. Hija qalet li kienet f’żona ta’ stennija għan-nisa biss, qabel ikkompetiet.
“Minħabba li kont qed nilbes iż-żarbun u l-gear, insejt nilbes il-hijab u mbagħad mort nikkompeti,” qalet mal-mezzi tax-xandir tal-istat. Żiedet tgħid: “Ġejt lura l-Iran b’moħħi mistrieħ, għalkemm kelli ħafna tensjoni u stress. Imma s’issa, grazzi lil Alla, ma ġara xejn.”
Wara, jidher li daħlet f’vann u ġiet misjuqa minn ġol-folla miġbura. Mhuwiex ċar fejn marret wara dan il-kumment. Ħafna huma xettiċi dwar ir-raġuni li tat u jemmnu li l-kummenti tagħha saru taħt pressjoni.
L-Iran huwa maħkum minn protesti kbar kontra l-liġijiet tal-hijab u l-mexxejja klerikali tiegħu.
In-nisa Iranjani huma meħtieġa jgħattu xagħarhom permezz ta’ xalla, filwaqt li dirgħajhom u riġlejhom iridu jkunu mgħottija bi ħwejjeġ laxki. L-atleti nisa għandhom jirrispettaw ir-regoli wkoll meta jirrappreżentaw uffiċjalment lill-Iran f’kompetizzjonijiet.
Rekabi kienet qed tikkompeti fil-Kampjonati Asjatiċi tal-IFSC.