Ċiniż kellu s-sentenza ta’ tliet xhur priġunerija kkomfermata fil-Qorti tal-Appell wara li weġġa’ tliet Pulizija.
Xiaoduo Ye, kien instab ħati li f’Diċembru tal-2021, hedded mien uffiċjali tal-pulizija, irreżista u weġġa’ tlieta minnhom u li kiser il-paċi pubblika f’lukanda ewlenija wara li ma riedx jilbes il-maskra.
L-intervent tal-Pulizija ntalab wara li ħaddiema tal-lukanda talbuh joħroġ minħabba li ma riedx jilbes il-maskra. Huwa rrifjuta milli jagħmel dan anki fuq l-insistenza tal-Pulizija tant li kellu jiġi arrestat wara li beda jaġixxi b’mod aggressiv.
Ir-raġel appella d-deċiżjoni tal-Qorti minħabba li skontu ma kienx ċar jekk il-Pulizija weġġgħux ħafif minħabba li hu kien aggressiv magħhom jew inkella huma miegħu.
L-Imħallef Edwina Grima li ppresediet il-Qorti tal-Appell kkonfermat is-sentenza mogħtija minn Qorti preċedenti.