Denis Cachia, ta’ 71 sena residenti l-Fgura, ammetta li kkawża ħsara volontarja lil żewġ vetturi pparkjati barra l-bieb tad-dar tiegħu u ingħata sentenza sospiża.
Dan filwaqt li ġie ordnat iħallas l-ispejjeż tal-ħsarat ikkważati, liema ħsarat jammontaw għal aktar minn €1,800.
Huwa tressaq il-Qorti nhar il-Ġimgħa, wara li ġie arrestat mir-residenza tiegħu stess.
Cachia kkawża ħsara lil dawn il-karozzi, tat-tip Hyundai Accent u Kia Sportage, għaliex dejquh.
Ir-raġel qed jiffaċċja żewġ akkużi separati, li kkawża ħsara lil żewġ vetturi separati, liema każijiet seħħu f’Lulju u Settembru.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, ikkundannatu għal sena ħabs sospiża għal sentejn.
Waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest kienet li ma jimmolestax lill-vittmi għal sena, fuq garanzija ta’ €2,000.
Huwa għandu wkoll obbligazzjoni personali li ma jikkawżax aktar ħsara lill-vittmi, b’garanzija ta’ €2,000.
Huwa ġie ordnat li jħallas l-ispejjeż ikkawżati, ta’ €1,879.40, fi żmien sena.