Żagħżugħ ta’ 24 sena imwieled il-Ġermanja b’passaport Ingliż, Scott David Simpson, ingħata libertà mill-Qorti bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin.
Dan wara li l-Ġimgħa filgħaxija għamel aktar minn €2,500 fi ħsara f’Paceville wara li kisser bibien tal-ħġieġ u tal-aluminium flimkien ma numru ta’ fliexken tax-xorb. Simpson ġie mixli ukoll li seraq flixkun tax-xorb, karta tal-identità kif ukoll €80 fi flus kontanti. Iż-żagħżugħ ġie mixli ukoll li kien fis-sakra.
Fl-awla tal-Qorti, Scott David Simpson, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u rritorna l-oġġetti li setgħu jiġi rritornati u ħallas id-danni li kkawża.