Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jinsab urtat li ta’ Therese Comodini Cachia kkapparraw il-kamra tal-Parlament tal-Oppożizzjoni.
Delia kien iħobb ilaqqa’ l-grupp parlamentari tiegħu fil-kamra tal-Oppożizzjoni fil-binja tal-Parlament iżda issa dawk li sfiduċjawh ħadu l-kamra f’idhom u qed jiltaqgħu hemm.
B’hekk nifhmu li Delia kien kostrett li ma jkunx jista’ jorganizza laqgħat fil-kamra tal-Oppożizzjoni fil-Parlament.
Il-laqgħat qed tmexxihom Therese Comodini Cachia u fihom ikun hemm deputati Nazzjonalisti li sfiduċjaw lil Delia.
Il-laqgħat konfoffi mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil komplew isiru u jiddiskutu l-mossi li jmiss wara ġimgħa mindu sfiduċjaw lil Kap Adrian Delia.
Fil-laqgħat ntlemħu esponenti ewlenin mill-fazzjoni kontra Delia u oħrajn li ġew ma’ din il-fazzjoni fosthom Kristy Debono.
David Thake, wieħed mill-vuċijiet u li jwassal il-messaġġi ta’ dawk li sfiduċjaw lil Delia qed ikun ukoll wieħed mid-deputati ewlenin li jipparteċipa f’dawn il-laqgħat.