Il-KM Malta Airlines ħabbret li minħabba strajk li għaddej bħalissa minn ħaddiema f’ajruport f’Milan, se jkunu qed jitħassru żewġ titjiriet it-Tlieta 24 ta’ Settembru.
Dawn it-titjiriet minn u lejn Milan huma KM624 u KM625.
Fi stqarrija il-KM Malta Airlines qalet li dawk il-klijenti, li kienu se jtiru permezz ta’ dawn it-titjiriet, qed joffru diversi alternattivi fosthom rifużjoni tal-flus jew bidla fid-dati tat-titjiriet bla ħlas.
Għal aktar mistoqsijiet wieħed jista’ jċempel fuq 21356000.