Minħabba restrizzjonijiet fl-ivjaġġar kawża tal-COVID-19 kif ukoll l-miżuri li qed jittieħdu fil-pajjiż sabiex tiġi salvagwardjata s-saħħa pubblika, l-Malta Football Association ħabbret li ż-żewġ partiti ta’ ħbiberija tat-tim nazzjonali Malti li kellhom jintlagħbu aktar tard dan ix-xahar ġew ikkanċellati.
It-tim nazzjonali Malti kellu jilgħab kontra Ġibilta l-Ħamis 26 ta’ Marzu kif ukoll kontra l-Ażerbaijan l-Erbgħa 30 ta’ Marzu, liema żewġ logħbiet kienu ser jintlagħbu fl-iStadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Anke it-tim nazzjonali ta’ Liechtenstein kien ser jiġi f’pajjiżna sabiex jilgħab kontra dawn iż-żewġ timijiet iżda anke dawn il-logħbiet ta’ ħbiberija ġew posposti.
It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena kien mistenni li jilgħab żewġ logħbiet ta’ kwalfikazzjoni mill-Kampjonati Ewropej 2021 aktar tard dan ix-xahar iżda deċiżjoni dwar dawn il-logħbiet ser ittieħed mill-UEFA nhar it-Tlieta li ġej.
Ritratt: Domenic Aquilina