Kawża tal-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin, l-attivitajiet li kienu se jittellgħu llejla għall-Birgu Fest ġew ikkanċellati għat-tieni jum konsekuttiv.
Ħabbar dan il-Kunsill Lokali fejn b’dispjaċir spjega kif illejla mistenni li jsir maltemp waqt il-ħinijiet tal-attivitajiet.
Din hi attività li tinżel sew ma’ bosta Maltin u kif ukoll turisti fejn it-toroq tal-Birgu jinxtegħelu bix-xemgħat b’atmosfera mill-isbaħ li tagħti l-ħajja lil-lokal.