Ġiet ikkanċellata l-GiG Malta Marathon 2021.
Maratona li fiha jieħdu sehem eluf ta’ parteċipanti kemm lokali kif ukoll internazzjonali. F’messaġġ fuq Facebook spjegaw kif din id-deċiżjoni ttieħdet bħala prekawzjoni għal dawk kollha involuti fid-dawl tal-Covid-19.
Spjegaw kif din id-deċiżjoni ttieħdet kawża taċ-ċirkostanzi fejn skużaw ruħhom ta’ kull invonjenza.
Sostnew kif il-kumitat issa qed jaħdem qatigħ biex kull parteċipant jiġi kkuntattjat fil-jiem li ġejjin.
Temmew billi qalu li jħarsu ‘l quddiem għall-maratona tal-2022 li se tkun qed tittella’ fis-6 ta’ Marzu.