Tħassret l-attività annwali li fiha eluf ta’ persuni jinġabru fi pjazza ta’ Trafalgar f’Londra biex flimkien jilqgħu s-sena l-ġdida.
Ħabbar dan is-Sindku ta’ Londra, li qal li ż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19 wassal għal din id-deċiżjoni diffiċli.
Huwa tenna li saħħet in-nies hija ferm aktar importanti.
Intant minkejja dan, ħeġġeġ biex iċ-ċittadini f’Londra jsegwu l-ispettaklu għal-lejlet l-ewwel tas-sena li se jintwera fuq it-televiżjoni.
Londra mhix l-ewwel belt Ewropea li ħassret l-avvenimenti li jsiru fl-aħħar tas-sena. Fil-fatt, nhar is-Sibt li għadda tħabbar li tħassru l-pjanijiet tal-ispettaklu tan-nar li jsir f’Pariġi u f’Ruma wkoll tħassar kull avveniment.