Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta’ Tas-Sliema ġiet salvata mill-iżgumbrament sigħat biss qabel dan kellu jidħol fis-seħħ.
Ħabbret dan l-istess Soċjetà Filarmonika fuq Facebook.
Is-Soċjetà rringrazzjat lil dawk kollha li wrew solidarjetà magħha matul dawn l-aħħar jiem.
Is-Soċjetà Filarmonika Stella Maris kien se jkollha toħroġ mill-binja, li ilha tuża mill-1920, dalgħodu/l-Erbgħa filgħodu fid-9.30 wara taqtigħa legali li kienet ilha għaddejja s-snin bejn is-sidien u anke l-istess Soċjetà.
Il-binja kienet mikrija b’ċens mill-Gvern lil terzi persuni, li mbagħad krewha lis-Soċjetà, imma mbagħad fetħu kawża biex din toħroġ minnha.
Il-Gvern kien offra kumpens lil dawk li jsejħu lilhom infushom bħala s-sidien ta’ dan il-post, iżda huma kienu qed jirrifjutawh.
Fil-midja qed jiġi rrapportat li l-Gvern se jkun qiegħed joħroġ is-somma ta’ €450,000 lil grupp ta’ persuni li għandhom is-sjieda taċ-ċens sabiex dawn iċedu ċ-ċens li baqgħalhom sal-2026.