Persuna jew persuni mhux magħrufa kissru ‘l fuq minn erbgħin tabella ġewwa l-Aħrax tal-Mellieħa, li twaħħlu ftit tal-jiem ilu mill-membri tal-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, l-FKNK.
Dawn it-tabelli kienu qed iwissu lin-nies biex ma jħallux ħmieġ, biex ma jitqabbadx nar taħt is-siġar, ma jitqaċċtux siġar u anke li jindikaw iż-żona ta’ fejn jista’ jsir camping u anke picnics.
F’istqarrija, l-FKNK ikkundannat dan l-att vandalu.