Student li kien fis-sakra tressaq il-qorti wara li kisser ħġieġa ta’ karozza sabiex jidhol fiha biex jorqod.
Nicolas Jesus Rivera Cordero ta’ 25 sena, imwieled iċ-ċili, li jinsab Malta minħabba l-istudji tiegħu, it-tnejn filgħaxija kien fis-sakra u waqt li kien miexi lejn ir-residenza f’San Ġwann huwa kisser ħġieġa ta’ karozza bl-intenzjoni li jidħol fil-karozza u jorqod.
Il-karozza tat-tip Nissan kienet ipparkjata fit-Triq Żebbuġ San Ġiljan. Iż-żagħżugħ ġie arrestat u akkużat fost oħrajn li għamel danni fuq vettura tal-kiri u li kien fis-sakra fil-pubbliku.
Il-Maġistrat Charmaine Galea sabet lill-istudent ħati. Huwa ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiza għal erba’ snin u kien ordnat li jħallas €4,397 f’ danni sa Novembru.
Bil-ħlas se jsir meta l-istudent imur lura f’pajjizu.