Il-President Amerikan, Donald Trump, keċċa żewġ uffiċjali għolja li xehdu kontrih fil-proċess tal-impeachment tiegħu.
Il-mibgħut Amerikan għall-Unjoni Ewropea, Gordon Sondland kif ukoll l-espert ewlieni tal-Ukrajna il-Logutent Kurunell Alexander Vindam tkeċċew b’mod immedjat fil-jum tal-Ġimgħa.
Fl-istess jum, it-temwi tal-Logutent Kurunell, l-Avukat Yevgeny Vindman, ingħata trasferiment mill-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali ntbagħat lura fid-Dipartiment tal-Armata.
Il-President Amerikan qal li jixtieq li jagħmel tibdil drastiku tal-ħaddiema fil-White House wara li l-maġġoranza tas-senaturi, nhar il-Erbgħa li għadda, ivvutaw favur Trump.