Mara ta’ 56 sena sofriet minn ġrieħi ħfief wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-06:30 sfat attakkata minn raġel u ħatfilha xi oġġetti minn idha. Jidher li waqt li kienet miexja fuq il-bankina raġel ta’ karnaġġjon skur prova jaħtfilha l-brazzuletta minn idha bil-konsegwenza li tilfet il-bilanċ u waqgħet mal-art. Apparti l-waqa’ l-mara sfat imkaxkra mal-art mill-aggressur. Fuq il-post mar team mediku madankollu hija rrifjutat l-assistenza medika.
Aktar stħarriġ għadu għaddej.