Id-deputat Laburista Jean Claude Micallef f’konferenza stampa ppreżenta proposta b’numru ta’ rakkomandazzjonijiet għal żoni ta’ camping u caravans fir-reġjun tax-Xlokk ta’ Malta.
Qal li b’mod adegwat u organizzat wieħed ikun jista’ jirrikrea ruħu permezz ta’ caravans, tined u campers għal perjodu stipulat.
Micallef identifika artijiet li l-maġġoranza tagħhom huma artijiet tal-Gvern.
Saħaq li s-siti proposti huma lkoll aċċessibli mit-triq, konfinati u f’distanzi qrib postijiet storiċi u bajjiet mingħajr ma jirristrinġu l-aċċess jew jieħdu artijiet għal dominju pubbliku.