Uffiċjali tas-saħħa fiċ-Ċina qalu li 15-il persuna oħra mietu kawża tal-virus li s’issa infetta mal-1,287 persuna li 41 minnhom mietu kawża ta’ dan il-virus.
Ħafna mill-avvenimenti fiċ-Ċina, fosthom dik l-aktar mistennija tas-Sena l-Ġdida, kellhom jitwaqqfu bħala prekawzjoni tat-tixrid ta’ dan il-virus.
L-istess virus wasal anke fl-Ewropa bi tliet każijiet ikkonfermati fi Franza. Il-Ministru għas-Saħħa Franċiż ikkonferma l-Ġimgħa filgħaxija li l-ewwel każ ġie rrapurtat f’Bordeaux filwaqt li ż-żewġ każijiet oħra ġew irrapurtati f’Pariġi.
Qed jiġi rrappurtat ukoll li ġie kkonfermat każ wieħed fl-Awstralja.