Fil-jum meta ONE News żvela li Richard Cachia Caruana qed jerġa’ jiddetta fil-Partit Nazzjonalista, f’Birkirkara l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, li għandu l-appoġġ tal-establishment, ħass li l-pajjiż mhux kburi bih innifsu.
Grech qal li jrid pajjiż li jkun kburi b’pajjiżu, anki jekk qabel kien qal pubblikament li jistħi li huwa Malti u jippreferi jgħid li huwa mill-Greċja għax kunjomu Grech.
Ftit tal-ġimgħat wara li Bernard Grech qal li jkun iblah jekk jipproponi l-affarijiet u din il-ġimgħa ħarab milli jwieġeb meta mistoqsi dwar inċentiv li deherlu jsemmi biex in-nies jixtru s-sufanijiet u l-kmarmar tal-banju, f’Birkirkara qal hekk.