Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-referendum dwar jekk ir-Renju Unit għandux jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea, mhux biss se jħalli konsegwenzi fuq il-pajjiż innifsu, iżda wkoll fuq il-kumplament tal-Ewropa u l-Commonwealth.
“Bħala Prim Ministru ta’ pajjiż li, bħar-Renju Unit, huwa kemm membru tal-Unjoni Ewropea u l-Commonwealth, nemmen li għandna nibqgħu magħqudin biex insolvu l-isfidi tal-futur, u mhux noħorġu minn konnessjonijiet strateġiċi li servewna tajjeb,” qal Muscat f’artiklu ta’ opinjoni ppubblikat fuq ‘i’, sit tal-aħbarjiet Ingliż.
Dr Muscat qal li huwa kien wieħed minn dawk li kkampanja biex pajjiżna ma jissiħibx fl-Unjoni Ewropea iżda llum jirrikonoxxi l-fatt li din kienet l-aqwa deċiżjoni li setgħet tittieħed.
Irrimarka li l-Commonwealth ma jridx jara lir-Renju Unit ma jibqax ikun wieħed mill-mexxejja ewlenin fl-Ewropa. “La huwa fl-interess tal-pajjiż innifsu u lanqas għall-Commonwealth.