Ġuvni ta’ 23 sena wieġeb mhux ħati li sawwat lil ommu u li kkawżalha feriti ħfief talli ma sajritlux l-ikla ta’ filgħaxija.
Minkejja li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti ċaħdet it-talba wara li l-Parte Civile sostniet li s-swat fuq l-omm kien ilu għaddej tul dawn l-aħħar 10 snin u mindu t-tifel kellu 13-il sena.