Mijiet ta’ atleti jinsabu ddiżappuntati wara li l-Kumitat Organizzattiv tal-Maratona ta’ Malta ħabbar li kkanċella l-Maratona ta’ Malta li kienet se tittella’ l-Ħadd.
Fi stqarrija, il-kumitat organizzattiv qal li flimkien mal-uffiċjali tas-sigurtà ħadu d-deċiżjoni sfortunata li jikkanċellaw il-maratona tal-Ħadd minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp bħalissa. Żiedu jgħidu li t-temp imbassar għall-Ħadd juri li s-sitwazzjoni se tkompli tmur għall-agħar.
Il-kumitat organizzattiv qal li din id-deċiżjoni ttieħdet fl-interess tas-sigurtà tal-parteċipanti, tal-voluntiera, tal-pubbliku u ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom dan l-avveniment li tant kienu ilhom iħejju għalih.