Il-Gvern permezz ta’ San Vincenz De Paule ser ikun qed joffri kors ta’ 10 ġimgħat għal dawk il-persuni li għandhom qraba bid-dimensja, kemm li jgħixu fi djarhom jew anke f’residenzi tal-anzjani.
Dan qed isir bl-għan li l-qraba kienu mgħarrfa aħjar kif għandhom iġibu ruħhom mal-pazjenti. F’konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġie mniedi dan il-kors, is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal kif bħalissa f’pajjizna ghandna madwar 7000 persuna li jbatu bid-dimensja, b’dan in-numru mistenni jirdoppja fil-futur, huwa ghalhekk li l-Gvern hass li ghandu jiżda jeduka lill-pubbliku b’mod aħjar.
Jason Farrugia, li qed jikkordina dan il-kors, spjega li l-kors se jkun bla ħlas u se jingħata minn professjonisti. Sostna li dan ġie pproponut mill-Kumpanija Grant Thorton li kienet għamlet rapport dwar il-qagħda ta’ pajjiżna fir-rigward tad-dimensja.