Diversi rġiel dalgħodu nġabbru għand il-barbier Antonio’s Barbershop sabiex iħallu l-mustaċċi u jqaxxru l-leħja. Dan parti mill-kampanja nazzjonali Movember, li qegħda f’idejn il-Fondazzjoni Marigold.
Irġiel ta’ kull età qaxru l-leħja sabiex iqajmu kuxjenza dwar il-kanċer fil-prosteta u l-kanċer fit-testikoli u anke wkoll biex jagħmlu t-testijiet neċessarji.
Preżenti għal din l-attività kien hemm preżenti ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold is-Sinjura Michelle Muscat.