€50 – daqshekk huwa propost mill-Gvern li membri parlamentari jħallsu jekk ma jattendux seduta. Ikunu eżenti minn din il-multa jekk ikunu msiefra għal skopijiet ta’ xogħol jew inkella morda. L-Oppożizzjoni qablet ma’ din l-emenda u qalet li se tivvota favur.
Intant f’mozzjoni oħra ġie propost li l-ħin li membri parlamentari jdumu jitkellmu waqt diskors fil-parlament jinżel għal 30 minuta, minflok 40 minuta kif inhu bħalissa. Il-Gvern oriġinarjament ried li l-ħin ikun 20 minuta għal kull kelliem, iżda bi qbil mal-oppożizzjoni, il-ħin stabbilit huwa 30 minuta.
Iż-żewġ mozzjonijiet tressqu permzz tad-Deputat Prim Ministru Louis Grech.