Tħabbret il-mewt ta’ Ġużeppi Chircop magħruf bħala Ġużu l-Gedu.
Huwa kien magħruf u maħbub ħafna mir-Rabtin.
Ġużu ta kontribut kbir lill-Partit Laburista, b’mod speċjali fil-kumitat lokali tar-Rabat, fejn għal diversi snin okkupa l-kariga ta’ kaxxier.
Bosta kienu dawk li esprimew is-sogħba tagħhom għat-telfa ta’ Ġużu l-Gedu.
Huwa kien deskritt bħala bniedem rett, onest, ta’ prinċipji sodi u li dejjem lest li jgħin lill-oħrajn.
ONE News joffri l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb ta’ Ġużeppi Chircop.