Ix-xahar ta’ Novembru, jew hekk kif inhu magħruf bħala Movember, huwa x-xahar li fih jitħallew jikbru il-mustaċċi għal aktar għarfien dwar is-saħħa u l-kanċer tar-raġel, fosthom il-kanċer tal-prostata.
Uħud iħallu l-mustaċċi mhux biss għall-aktar għarfien, iżda wkoll għax xi darba jew oħra f’ħajjithom ikunu għaddew minn xi esperjenza simili.
Il-Ħadd filgħodu One News żar barbier f’Ħal Qormi, fejn hemm hekk iltaqa’ ma’ Daniel Camilleri, raġel li qrib tiegħu kellu persuna marida bil-kanċer tal-prostata.
“Erba’ snin ilu kont naf lil xi ħadd li kien diagnoes bill-prostatic cancer, kien lucky enough li qabadha kmieni allura setgħa jieħu azzjoni u jfieq, our of respect u imħabba lejn il-ħabib tiegħi ddeċidejt li nibda nagħmilha iġifieri ilu kważi tlett snin il-Movember”
Tkellemna wkoll mal-barbier prominenti, is-Sur Antonio Camilleri, fejn stqarr li ra żieda mis-snin ta’ qabel ta’ rġiel li jqaxxru l-mustaċċi għal dan l-għan.
“Naħseb li żiedet l-awarness żied, pero qatt mhu biżżejjed”
Il-barbier li xogħlu jagħmlu b’imħabba kbira qasam esperjenza li kellu ftit tal-jiem ilu ma’ klijent tiegħu.
“Qalli kellu wieħed fil-familja li kellu kanċer fil-prostata u biex nagħmel awarness ħallejt il-mustaċċi bħala simbolu”
Camilleri temm l-intervista tiegħu billi spjega li bħala kumpanija, ta’ kull sena jiġbru l-flus biex b’hekk imorru għar-riċerka dwar il-kura ta’ kanċer li jolqot l-aktar lill-irġiel.
“Bħala barbier ovvjament inqaxrulhom il-leħja u nħallu l-mustaċċi umbgħad għandna l-kaxxi fejn dak li jkun jitfgħa d-donazzjoni tiegħu, biex il-flus imorru għal riċerka fuq il-prostata tal-irġiel”