Abubakar Shekau, il-mexxej Niġerjan tal-grupp tal-militanti Boko Haram, neħħa ruħu b’idejh.
Dan ħabbruh il-militanti rivali Iżlamisti f’messaġġ irrekordjat li spiċċa f’idejn aġenziji tal-aħbarijiet, li fih intqal kif Shekau miet wara li sploda lilu nnifsu wara ġlieda bejn iż-żewġ gruppi.
Din mhix l-ewwel darba li ġiet irrappurtata l-aħbar tal-mewt ta’ Shekau, u sa issa la l-Boko Haram u lanqas il-Gvern Niġerjan ma kkonfermaw il-mewt tiegħu.