Din is-sena se jkun qed isir xoghol ta’ tisbiħ u rinovar f’erba’ mini ewlenin madwar Malta, dan b’investiment huwa stmat li se jiswa madwar €10 miljun bix-xogħlijiet mistennija jsiru matul il-lejl.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Infrastruttra Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn spjega kif l-erba’ mini ewlenin se jkunu l-mini ta’ Ħal Kirkop, il-mini ta’ Santa Venera, il-mini tal-Qroqq u dawk ta’ Ta’ Ġiorni. It-tisbiħ u rinovar se jkun qed isir fiż-żewg direzzjonijiet opposti fejn jinkludu ‘l fuq minn 4.8 kilometri ta’ karreġġjati fit-toroq arterjali Maltin.
Spjega kif Infrastructure Malta se tkun qed tagħmel sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol estensiv li se jkun qed jassigura stabbilta’ strutturali fit-tul u aktar sigurta’ fit-toroq. Il-Ministru Borg spjega li fost ir-rinovar se jkun qed jinkludi tibdil tad-dawl ezistenti li hemm fil-mini, kameras tas-sigurta’, allarm f-kaz ta’ nirien, u sensors appost ghall-kwalita’ tal-arja.
Intqal kif is-sistema tal-kameras tas-sigurta’ kif ukoll is-sensors se jkunu mqabbdin b’mid dirett maċ-Ċentru Nazzjonali li jikkontrolla t-Traffiku sabiex jkun hemm montieraġġ tat-traffiku fil-mini u f’kaz li jiġri xi ħaġa fil-mini l-awtoritajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati. Apparti minn hekk se jkun qed isir xoghol ta’ tiswija fejn hemm konkos dgħajjef, tindif tan-nugrufun, ħruġ ta’ emerġenza aħjar sabiex jigi żgurat is-sigurta’ tas-sewwieqa.