Waqt li ndirizza elf Demokrat f’daru, Joe Biden ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti tal-2020, qabel ma ntebaħ u kkoreġa lilu nnifsu.
Hu qal li huwa l-aktar bniedem progressiv li se jikkontesta din l-elezzjoni, iżda kien pront jikkoreġi lilu nnifsu biex qal ‘li qatt ikkontesta l-elezzjoni’.
Meta l-folla bdiet tifraħ u tħeġġu biex jikkontesta, Biden qal li ma riedx ifisser hekk.
Intant, Biden, li għandu 46 sena, qal li issa wasal iż-żmien li l-Istati Uniti jerġa’ jsaħħaħ il-valuri tiegħu, iżda biex dan isir, il-pajjiż irid iħalli warajh ix-xena politika ‘tal-misħija’ ta’ bħalissa.